Minħabba li llum minn ħin għall-ħin il-Prim Ministru Robert Abela mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar iżjed tnaqqis fil-miżuri, il-produzzjoni ta’ ONE News dwar in-normalità ġdida li qed ngħixu, li kellha tixxandar illejla fis-18.30 ser tkun qed tixxandar għada fl-istess ħin fuq il-paġna ta’ Facebook One.com.mt.
Iżjed minn ġimgħa wara t-tnaqqis fil-miżuri kontra t-tixrid tal-Coronavirus, pajjiżna qed jidra normalità ġdida. Imma x’isib wieħed meta jmur jaqta’ xagħru għand barbier, u xi prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-bejjiegħa tal-monti? Il-klijenti li qed jagħmlu użu mill-ħwienet qed jikkolaboraw mas-sidien u jimxu mal-prekawzjonijiet? U n-nies reġgħet qed tinġabar mal-imwejjed tar-ristoranti?
Tista’ tkun taf dan u aktar billi ssegwi l-produzzjoni imtella’ mit-tim fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE li kien wara produzzjonijiet oħra fosthom ‘Ġurnata ma’ Charmaine Gauci’.
https://www.facebook.com/ONE.com.mt/videos/334268577540026/