Pollakk ta’ 28 sena kien estradit minn Malta lejn il-Polonja biex iservi sentenzi relatati ma’ diversi każijiet ta’ serq li twettqu bejn l-2010 u l-2011.
Il-Pollakk kien arrestat f’Birkirkara fis-27 ta’ Settembru wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.
Permezz ta’ Mandat t’Arrest Ewropew, ir-raġel kien imfittex f’diversi pajjiżi Ewropej qabel ma nstab f’Malta.
Jumejn wara l-arrest tiegħu, il-Pollakk deher quddiem il-Qorti biex jibdew proċeduri ta’ estradizzjoni lejn il-Polonja, u ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit.
Filmat: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta