Huwa fatt magħruf li l-annimali jipprovdu mħabba mingħajr ma jistennew xejn lura u kif kemm-il darba jferrħuk u jdawrulek il-burdata mil-lejl għan-nhar. Filwaqt li ġieli smajna bi klieb iżuru djar tal-anzjani sabiex iferrħuhom, fosthom anke f’Malta, fi Franza jħallu anke żwiemel iżuru l-anzjani u lill-morda.
Filfatt Peyo hu żiemel li għandu 14-il sena fejn darbtejn fix-xahar iżur dawk morda fl-isptarijiet sabiex iferraħhom u jgħinhom f’mumenti diffiċli f’ħajjithom.
Flimkien ma’ sidu Hassen Bouchakour, Peyo jagħżel liema kamra jrid iżur u b’denbu bil-malji u midluk b’kimika speċjalizzata biex iżomm nadif, idur il-kuruturi tal-isptar sakemm jasal fejn il-kamra li jird hu.
Mingħajr ebda biża’ mil-lift Peyo jitla’ fih u jkompli fi triqtu biex jikkomunika mal-morda.