Raġel, ta’ 33 sena mill-Maċedonja minn San Ġiljan weġġa’ gravi wara waqgħa mill-għoli.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-kwarta fi Triq Wilġa, San Ġiljan.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel waqa’ waqt li kien qed jaħdem ġo sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.