Persuna ttieħdet l-isptar wara inċident f’Rue d’Argens, il-Gżira.
ONE News huwa nfurmat li l-każ seħħ fid-8:40am.
Il-persuna li kienet qed issuq il-mutur ittieħdet b’ambulanza iżda għad mhux magħruf jekk il-persuna ttajritx jew waqgħetx waħidha minn fuq il-mutur.
Il-mutur li kien qed jinstaq kien tat-tip Yamaha.
Aktar dettalji malli jaslulna.