One.com.mt huwa infurmat li persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienet involuta f’ħabta bejn karozza u mutur fil-mina ta’ Ħal Kirkop.
Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar.
Nifhmu li fuq il-post immedjatmanet waslet ambulanza b’tim mediku li tat l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Bħalissa waħda mill-karreġjati ta’ taħt il-mina hija magħluqa għat-traffiku.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.