AĠĠORNATA: Anzjan ta’ 66 sena minn Ħal Lija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ instab mitluf minn sensih fl-inħawi ta’ Ta’ Qali.
Il-każ seħħ ftit wara s-6.30 tat-Tlieta filgħaxija fi Triq Buqana.
Minn informazzjoni li għandu ONE News, l-anzjan instab waqt rondi li kienu qed jagħmlu l-Pulizija fl-inħawi.
Il-Pulizija talbu għall-assitenza medika filwaqt li l-vittma ttieħed l-isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni serja.
Il-Maġistrat Charmaine Galea ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
AKTAR KMIENI: Persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li nstabet mitlufa minn sensiha fl-inħawi ta’ Ta’ Qali.
Il-każ seħħ ftit wara s-sitta u nofs tal-lejla, fi Triq Buqana.
Minn informazzjoni li għandu ONE News jidher li l-persuna nstabet waqt rondi li kienu qed isiru mill-Pulizija fl-inħawi.
Hawnhekk intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, bil-kundizzjoni tal-persuna għadha mhux magħrufa.