Raġel Malti ta’ 67 sena u residenti San Pawl il-Baħar jinsab għall-kura fl-Isptar Mater Dei wara li għal xi raġuni waqa’ minn fuq l-irdum fil-ponta tal-bajja magħrufa bħala tat-Taraġ, f’Għajn Tuffieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart tal-Erbgħa wara nofshinar. Il-Vittma kellu jitellgħa permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malti, fejn immedjatament ittieħed l-Iisptar Mater Dei b’ambulanza li kienet tistenniħ fuq l-irdum.
Il-Kundizzjoni tal-anzjan għadha mhux magħrufa.