Wieħed minn kull tliet adulti Maltin u Għawdxin huma mlaqqma mill-inqas bl-ewwel doża tal-vaċċin għall-Covid-19.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, f’kumment li ta lis-CNBC f’intervent ilbieraħ b’rabta ma’ diskussjoni dwar it-tilqim tal-Covid-19.
Dan hekk kif Malta għaddejja bil-programm ta’ vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19, Il-Ministru Fearne spjega kif il-proċess fil-gżejjer Maltin għaddej b’ritmu tajjeb ħafna.