Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta frontali ma’ trakk tal-kostruzzjoni fi Triq Monsinjur Mikiel Azzoppardi fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 14:30 meta vettura tat-tip Peugeot misjuqa mir-raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi u Mitsubishi Fuso misjuq minn raġel ta’ 62 sena li joqgħod H’Attard għal xi raġuni jew oħra kienu nvoluti f’ħabta frontali.
Fil-Mitsubishi kien hemm ukoll raġel ta’ 19-il sena residenti s-Siġġiewi
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal iktar kura. Fuq il-post issejħu wkoll ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li għenu sabiex joħorġu r-raġel hekk kif kien maqbud ġewwa l-vettura tiegħu. Aktar tard ġie ċċertifikat li r-raġel ta’ 52 sena jinsab fil-periklu tal-mewt.
Intant il-passiġġier ta’ 19-il sena sofra minn ġrieħi gravi wara li ġarrab ksur f’siequ filwaqt li s-sewwieq tal-Mitsubishi sofra minn ġrieħi ħfief
Aktar informazzjoni malli taslilna.