Persuna ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza f’Ħal Kirkop.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fejn il-karozza nqalbet ftit qabel taqbad il-mini ta’ Ħal Kirkop direzzjoni lejn Ħal Kirkop stess.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post kien hemm anki membri tal-Protezzjoni Ċivili, il-pulizija u tim mediku b’ambulanza.
Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhux magħrufa.
Kawża tal-inċident inħolqot konġestjoni ta’ traffiku.