Ħafna jiftakruha kemm ġriet wara l-baqra f’Liquorish jew f’xi daħka tajba waqt xi telefonata f’Espresso, illum Pawla tiċċelebra għeluq sninha. Pawla kienet rebħet l-edizzjoni tal-2015 tar-reality-show Liquorish, filwaqt li kienet l-ewwel ko-preżentattriċi tal-programm ta’ kuljum Espresso fuq ONE.
Pawla kisbet popolarita’ kbira bil-karattru spontanju li għandha, tant li filmat ta’ l-aqwa mumenti tagħha f’Liquorish tal-2015 rawh aktar minn 664 elf darba. Fost filmati oħra ta’ Pawla li nsibu fuq il-mezzi soċjali żgur li wieħed li jibqa’ popolari huwa l-filmat ta’ telefonata li kien għamillha ċertu wieħed li qal li jismu David, hekk kif flok għall-kompetizzjoni waqt xandira diretta tal-programm Espresso f’Jum għeluq sninha tal-2015, dan David xtaq jagħmel ‘date’ magħha.
Tiftakarha din it-telefonata? Segwi dan il-filmat hawn…