L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Paul Borg Olivier, kompla mal-provokazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament.
Dan meta l-Prim Ministru ħareġ barra mill-Parlament u kien miexi lejn Kastilja biex hemm ikun jista’ jwieġeb id-domandi tal-ġurnalisti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hemm, Borg Olivier mexa mal-Prim Ministru jissotah u jipprovoka lil kull min kien hemm madwaru. Quddiem din l-attitudni l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Andy Ellul, qal fuq ONE News li l-Gvern jappella lin-nies jibqgħu kalmi quddiem din il-provokazzjoni.