Iċ-ċkejna Gianna fieqet wara xaharejn li biesha Papa Franġisku fuq rasha. Dan ġara wara żjara mill-Papa f’Philadelphia fejn massa ta’ nies laqgħet lill-Qdusija tiegħu fosthom il-familja Masciantonio.
Din il-familja li huma Kattoliċi ferventi għamlu minn kollox biex jippruvaw imissu id il-Papa jew almenu jkunu viċin u jistqarru li l-Mulej witta t-triq meħtieġa fejn saħansitra l-Papa nnifsu kif ressqulu t-tarbija, biesha.
Minn riżultati tal-isptar, deher fiċ-ċar li t-tumur issa sfaxxa u ċ-ċkejkna Gianna hija b’saħħitha. It-tobba ma setgħux jispjegaw dak li ġara ħlief li qablu li dan kien miraklu.