Pagun li ħarab minn xi ġnien ta’ xi ħadd intlemaħ il-Ħadd li għadda jdur it-toroq tal-Mosta.
F’filmat li qed idur fuq Facebook, it-tajra tidher għaddejja f’triq fil-Mosta fejn malli l-persuna staqsiet jekk itirx jidher jaqbeż u jtir biżżejjed fejn tela’ fuq binja li għadha qed tinbena.
Kienu bosta li kkummentaw taħt il-filmat fejn qalu li t-tajra jaf ħarbet minn xi ġnien jew razzett ta’ xi ħadd fil-qrib.
Persuni oħra kitbu li jekk jerġa’ jintlemaħ jinfurmaw fl-istess post hekk kif is-sid għadu qed ifittxu minkejja li għaddew xi jiem.