Il-pulizija għaddejjin b’operazzjoni fil-Baħrija.
Nifhmu li qed isiru tfittxijiet f’żewġt idjar u l-operazzjoni għaddejja b’rabta mal-arresti li saru aktar kmieni llum ta’ tlett irġiel suspettati li fornew il-bomba li ntużat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Rapporti qed jgħidu li dawk arrestati huma l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa bħala tal-Maksar, u Jamie Vella.
Fil-limiti ta’ Triq Is-Sajf ta’ San Martin fil-Baħrija hemm preżenza qawwija ta’ pulizija armati u lebsin il-balaklavi.
Hawnhekk rapporti qed jgħidu li ġew arrestati żewġ persuni filwaqt li saru anki arresti f’Ħaż-Żebbuġ, fejn hemm il-fabbrika tal-Maksar.
https://www.one.com.mt/2021/02/23/arrestati-tlett-irgiel-suspettati-li-ssuplixxew-il-bomba-li-qatlet-lil-dcg-5/