L-aħħar jum ta’ Settembru ifakkarna fit-twelid ta’ waħda mill-aktar atturi bravi li qatt ipproduċa pajjiżna; Ġemma Portelli. L-attriċi twieldet fit-30 ta’ Settembru tal-1932.
89 sena wara t-twelid tagħha, bintha Cora Camilleri, b’mod esklussiv tkellmet dwar il-memorji ta’ ommha waqt il-programm Prime Time, flimkien ma’ Owen Bonnici fuq ONE.
Cora rrakontat kif kienet tesperjenza ma’ ommha ħafna rexti hekk kif Ġemma kienet tipprepara u hi ta’ tifla, dejjem kienet toqgħod tisma’ lil ommha waqt il-provi personali fid-dar. Cora tistqarr kemm ommha kienet tgħaddilha valuri bil-mod tagħha, ‘il bogħod minn ħafna rabja u kastigi.
Segwi hawn x’qalet Cora dwar ommha Ġemma: