Nirien qawwija ġew ikkontrollati wara li ħakmu post abbandunat qrib diversi djar residenzjali f’Ta’ Sliema.
Xi residenti li joqogħodu f’dawn in-naħat qalu ma’ One.com.mt li ma tħallewx jidħlu f’darhom minħabba id-dħaħen u perikli oħra li kien hemm.
L-inċident seħħ fi Triq Camenzuli kantuniera ma’ Triq Sant’Enriku.
Fuq il-post immedjatament issejħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw dan in-nirien.
Filmat u Ritratt: David Muscat