Għall-ħabta tas-7.30 tat-Tlieta filgħodu, żviluppaw nirien f’bitħa fejn jinħażen materjal biex jiġi pproċessat f’żejt u tip ta’ fertilizzant f’impjant tal-Wasteserv.
Fuq il-post ġew imsejħa ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll pulizija u ħaddiema tal-emerġenza mill-Isptar Mater Dei.
It-triq quddiem l-impjant kienet magħluqa għall-diversi sigħat sakemm tneħħa kull periklu li seta’ kien hemm kawża tan-nirien.
F’dan il-każ, ħadd ma weġġa’, kif saħaq il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv, Richard Bilocca: “Malli waslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ħadu kontroll tas-sit u l-ħaddiema tagħna ġew evakwati fi ftit minuti. Nixtieq nirringrazzja b’mod partikolari l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li f’inqas minn sagħtejn fejn tfew nar illi seta’ jkun potenzjalment kbir, għamlu biċċa xogħol tajba ħafna u issa s-sitwazzjoni hija taħt kontroll.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca kompla jispjega li l-impjant ma’ ġarrabx ħsarat kbar. Huwa qal: “Min-naħa tagħna l-impjant li noperaw li huwa l-inċineratur ma’ ntmissx min-nar, l-autoclave lanqas, kulma għandu ftit ħsara mal-pannelling ta’ barra, jiġifieri n-nar ġie contained fil-btieħi ta’ barra.”
L-operat tal-inċineratur jista’ jkompli jopera, madanakollu qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex tiġi żgurata s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tal-impjant.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/27/il-protezzjoni-civili-bavviz-ghar-residenti-ta-rahal-il-gdid-fgura-hal-tarxien-u-santa-lucija/
Uħud mir-ritratti: DOI