Tard it-Tlieta filgħaxija nirien ħakmu parti minn garaxx li jinsab taħt blokka appartamenti fi Triq l-Iskuna fil-Qawra.
Immedjatament fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li daħlu fil-garaxx u bdew b’ħidma sabiex jitfu n-nirien.
Fl-istess waqt numru ta’ residenti li jgħixu fl-istess blokka ġew evakwati minħabba l-periklu li kien hemm.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li fil-garaxx kien hemm numru ta’ vetturi.
Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ madankollu fuq il-post wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra.