Kien tard ilbieraħ filgħaxija li membri mill-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nirien li ħakmu żona fil-Jerma f’Marsaskala.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-21:00 ta’ filgħaxija fi Triq is-Salini f’Marsaskala fil-Jerma.
Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Jidher li n-nirien beda wara li nħakem xi skart fiż-żona.
Filmat: Quillan Demicoli