Nirien li s’issa jidher li beda minn ħaxix ħażin f’għalqa qrib ir-Ramla l-Ħamra fix-Xagħra Għawdex ħalla ħerba sħiħa f’bosta għelieqi hekk kif in-nar baqa’ jinfirex.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ One.com.mt li n-nar beda għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofshinar, fejn fuq il-post immedjatament waslu ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw is-sitwazzjoni.
Dan l-istazzjon jinsab infurmat ukoll li xi nies kellhom jiġu evakwati minħabba li hemm bosta djar fil-viċinanzi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.