one.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta tal-4:20 ta’ waranofsinhar, żviluppaw nirien f’dar li tinsab fi Triq Kent fil-Fgura.
Persuni fuq il-post qalu lil dan is-sit li in-nar beda minn washroom. Huma qalulna li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u għalhekk ħadd ma ttieħed l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.