Ħadd ma’ weġġa’ wara li appartament fi Triq Santa Tereża, f’Ħal Għaxaq inħakem bin-nar għal xi ħin.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni kitla tal-elettriku nħakmet min-nar.
Fuq il-post immedjatament marru l-Protezzjoni Ċivili fejn b’ħidma instensiva rnexxilhom jikkontrollaw in-nirien fi ftit ħin.
L-appartament ġie evakkwat għal xi ħin sakemm in-nar ġie kkontrollat.
Fuq il-post kien hemm ukoll il-Pulizija.