Kienet telefonata minn koppja ħbieb tiegħu li tat l-aħbar lill-Monsinjur Mario Grech li se jkun kreat Kardinal fit-28 ta’ Novembru li ġej.
Dan qalulna l-Monsinjur Mario Grech meta ONE News ikkuntattjah ftit tal-ħin wara t-tħabbira uffiċjali mill-Papa Franġisku fil-Vatikan. Fl-ewwel reazzjoni li tagħna, Monsinjur Grech qalilna li sorpriż, u li ma kien jaf xejn dwar dan.
Żied jgħidilna wkoll li dan huwa impenn ieħor biex jgħix il-ħajja saċerdotali tiegħu fil-knisja b’risq il-bnedemin u sabiex il-komunjoni fil-knisja tkompli tissaħħaħ.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/25/bil-filmat-il-papa-jhabbar-li-mons-mario-grech-se-jsir-kardinal-2/