Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali David Xuereb qal li l-MCESD laqa’ l-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar l-irduppjar immedjat tal-investiment fid-distribuzzjoni tal-elettriku.
“Pjuttost kuntenti bil-laqgħa li kellna”, qal il-Perit Xuereb hu u jinnota l-pjan aċċellerat tal-Gvern fl-investiment għad-distribuzzjoni tad-dawl.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Imdawwar mal-imsieħba soċjali fuq it-taraġ ta’ Kastilja, iċ-Chairman tal-MCESD qal li fil-laqgħa kien hemm kontribut siewi u dettaljat minn kulħadd.
Qal li saru argumenti importanti dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima li ma jimpattawx biss l-enerġija iżda l-operat wiesgħa tal-ekonomija.
AQRA AKTAR: