Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin Marthese Portelli laqgħet dan il-Budget li għadu kif tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. F’kummenti ma’ ONE News Portelli saħqet li l-proposti li tħabbru fil-Budget ħasbu wkoll fil-familji u ż-żgħażagħ.
Hija laqgħet ukoll il-miżura tal-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll minn fuq il-kuntratti tax-xiri tal-bini.