L-għawwiem Malti Neil Agius illum ta bidu għall-għawma bejn il-gżira Linosa li tinsab viċin it-Tuneżija a sa Malta.
Permezz ta’ din l-għawma Agius qed jipprova jikser ir-rekord dinji tal-itwal għawma fil-miftuħ b’tul ta’ 153km.
L-għawma mistennija ddum bejn 50-55 siegħa, mingħajr waqfien.
Oriġinarjament, Agius kien se jgħum bejn it-Tuneżija sa Malta, iżda mbagħad inbidlu l-pjanijiet u r-rotta.
Din l-għawma hija parti mill-kampanja Wave of Change, li l-għan tagħha hu li toħloq aktar kuxjenza fuq l-użu tal-plastik madwar id-dinja.