Dalgħodu qed issir mixja biex titqajjem kuxjenza fuq il-vjolenza kontra n-nisa. Dan wara li l-qtil ta’ Lourdes Agius s-Sibt li għadda huwa r-raba’ femicidju ta’ din is-sena f’Malta.
Barra minn hekk, mill-2000 s’issa minn kull 4 femiċidji li seħħew f’pajjiżna 3 minnhom saru minn qarib sew sieħeb tal-vittma.
Attendenew għal din l-attivita wkoll Nisa Laburisti u membri tal-programm LEAD. Magħhom ingħaqdu wkoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Din il-mixja ġiet organizzata mill-Fondazzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa u dawk li attendew ġew imħeġġa jilbsu l-iswed.