Ilbieraħ mijiet ta’ Ungeriżi mxew lejn iċ-ċentru ta’ Budapest f’parata ta’ mixi stramb. Dawn bdew jikkopjaw il-movuementi strambi li kienu deheru fis-sensilea komika televiżiva Brittanika, Monty Python, biex jimmarkaw il-Jum tal-ewwel ta’ April.
Il-parteċipanti, inklużi anzjani u żgħażagħ, organizzaw sessjoni ta’ minuta ta’ taħriġ qabel ma bdew bil-parata tagħhom ta’ tliet dawriet ħdejn stazzjon ta’ ferrovija.
Il-filmat oriġinali tas-serje televiżiva Monty Python, li jmur lura għas-snin 70, juri lill-attur Brittaniku u l-kummidjant John Cleese, fil-parti ta’ Mr. Teabag, bħala uffiċjal taċ-Ċivil li jimxi b’modi mhux tas-soltu u umoristiku fit-toroq ta’ Londra lejn l-uffiċju tiegħu fil-Ministeru għall-Mixi Komiku.