Mijiet jagħtu l-aħħar tislima lil Matthew Caruana, ġuvni ta’ 25 sena li tilef ħajtu meta tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq il-Kosta, l-Ħadd.
Kienu bosta li poġġew il-ħsibijiet tagħhom fuq facebook u esprimew is-sens ta’ rispett tagħhom lejn dan iż-żagħżugħ li kien deskritt b’aġġettivi mill-isbaħ u messaġġi emozzjonali.
Tislima mill-isbaħ kienet dik li ngħatat lil Matthew, fil-Knisja tan-Naxxar. Żgur li dan iż-żagħżugħ se jibqa fil-qlub tal-bosta u li l-memorja tiegħu se tibqa tgħix mal-qraba u ħbieb.