Is-Sibt, mart il-Prim Ministru u Chairperson ta’ Marigold Foundation, is-Sinjura Michelle Muscat ser tkun qiegħda tagħmel l-itwal għawma li qatt għamlet f’dawn l-aħħar erba’ snin.
‘Rock to Rock’ – sfida ambizzjuza fejn se tgħum tnax-il kilometru mill-Qawra sal-Bajja tal-Għadira.
Iżda is-Sinjura Michelle Muscat tinsab lesta sabiex tagħti l-enerġija tagħha u tegħleb din l-isfida.
One News segwa l-aħħar taħriġ ta’ Michelle Muscat mal- kowċ tagħha Anna Calleja, qabel ma taqbeż tgħum fil-baħar miftuħ.
“Fil-pool just titrenja. Ħalli għal baħar inkun preparat biex ikun kif ikun nlehhaq miegħu.”
Sena ta’ taħriġ kontinwu li beda mill-ewwel wara li għamlet l-aħħar għawma is-sena li għaddiet, mit-Torri tal-Għallis sal-Port il-Kbir.
Anki fil-kesħa tax-xitwa, Michelle Muscat tieħu d-dixxiplina tal-għawm b’serjeta kbira.
Anna Calleja u Vince Stivala tkellmu dwar id-determinazzjoni ta’ Michelle Muscat, fejn qalet li s-Sinjura Muscat għandha rasa iebsa u ddeterminata u Vince Stivala qal li jammiraha għas-sagrifiċċju li
Fl-aħħar ġimgħa, Michelle Muscat għamlet l-għawma bi prova darbtejn, fejn ħadet erba’ sigħat u għoxrin minuta.
Iżda is-Sibt il-baħar mistenni jkun qawwi għal moderat, b ir-riħ forza erbgħa għal ħamsa mill-Majjistral.
Elementi li jistgħu jagħmlu l-isfida għas-sinjura Muscat aktar diffiċli.
Iżda Michelle Muscat zgur li mhux se taqta’ qalbha u tqis dan it-taħriġ – ta’ importanza.
“Barra li nrabbi t-tfal. Naghti sapport lir-raġel, nipprova ndaħħal ftit training.”
L-assistenta tagħha, Maria Grech fissret kif fl-irwol tagħha, is-sinjura Muscat dejjem tfittex li tgħin u bl-għawma b’kawża ġusta, tħoss li tista tagħti l-ftit tagħha sabiex Marigold Foundation tiġbor aktar fondi:
“Jien nista nixhed l-commitment tagħha. Nigi magħa nzommilha l-ħin għax hi jkollha ħafna impenji.”
Il-Fondi li se jinġabru minn Rock to Rock, se jmorru fost oħrajn għar-Richmond Foundation u għall-ispecial Olympics biex l-atleti ikunu jistgħu jingħataw opportunitajiet li jipparteċipaw f’avvenimenti barra minn xtutna.
Lejliet l-għawma, l-istess atleti kellhom messaġġ ta’ ringrazzjament għal Michelle Muscat li se tkun qiegħda tagħmel din l-isfida biex fost oħrajn tgħin lilhom.
Michelle Muscat appellat sabiex l-pubbliku jagħti donazzjoni zgħira li għaliha tkun l-aqwa kuraġġ u motivazzjoni waqt li tkun qiegħda tgħum.
“Dik xi ħaġa zgħira naf li jkunu jistghu ituha. U kieku jsir hekk din l-għawma ma tkunx saret għal xejn.”
L-Awguri tagħna jmur għas-sinjura Michelle Muscat …. mara altruwista li ma tieqaf qatt taħseb f’dawk fil-bżonn.