F’messaġġ, permezz ta’ video, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci rringrazzjat lill-poplu Malti. Il-Professur Gauci qalet li hija u l-awtorijitajiet mhux se jinsew dak li l-poplu Malti għamel għal pajjiżu tul dawn l-aħħar xahrejn.
Flimkien mal-Professur Gauci, waqt dan il-filmat irringrazzjaw lill-poplu Malti, numru ta’ professjonisti u uffiċjali minn kull qasam li f’dan iż-żmien huma eroj.