Aktar kmieni dalgħodu, membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar salvaw tifel ta’ għaxar snin li kien qed jgħum fil-Bajja t’Għajn Tuffieħa, li nqabad fil-kurrent.
Huma rnexxielhom isalvaw it-tifel mingħajr ma dan ġarrab l-ebda ġrieħi.
Fuq il-midja soċjali, is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar appellaw lill-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal biex ikunu attenti għat-tfal, waqt li jkunu fuq il-bajjiet.
Ritratt u filmat: Malta Red Cross/ Facebook