Deputati Nazzjonalisti ħassewhom skomdi u qagħdu attenti ferm meta mistoqsija dwar il-kunflitt bejn Karol Aquilina u Joe Giglio.
Kunflitt li saħansitra spiċċa pubbliku, b’ħu Karol Aqulina u Repubblika jgħidu li l-Oppożizzjoni għamlet tradiment.
Ivan Bartolo, li normalment isib xi jgħid fuq kollox, qal li m’għandux opinjoni dwar dak li jinsab għaddej fil-Partit Nazzjonalista.
Bħalu għamlu oħrajn li lebbtu għal ġol-bini tal-Parlament attenti ħafna li ma jidħlux bejn il-basla u qoxritha.
Sorsi qalu li dan qed jiġri; bejn għax ħafna ma jridux imeru lill-kollega l-ġdid tagħhom u bejn għax jafu li bħalu jispiċċaw taħt attakk jekk ilissnu nofs kelma favurih. Għax fl-aħħar mill-aħħar Bernard Grech dejjem iċedi għal dak li jgħidu ta’ Repubblika.
Min-naħa tiegħu, Mario De Marco uża l-istil li kien iħobb juża Bernard Grech, li f’nofs kunflitti jgħid li ma nqala’ xejn.
Dan minkejja li l-għada li faqqa’ l-kunflitt Bernard Grech, mar fuq in-NET jappella biex jonqsu l-battibekki online.
Min-naħa tagħha, Janice Chetcuti weġbitna hekk.