Id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle inħarġet minn suq bieżel f’Fiji minħabba tensjoni li nqalgħet minħabba l-folla li nġabret bit-tama li tiltaqa’ mad-Dukessa. Jidher li t-tim tas-sigurtà li kien qed jakkumpanjaha ħariġha mis-suq wara tmien minuti biss.
Iż-żjara fis-suq kienet waħda minn sensiela ta’ żjarat li Markle kienet se tagħmel waħedha, biex tagħmel riċerka dwar proġett tal-UN bl-isem Markets for Change.
Fil-filmat, id-Dukessa tidher miexja fis-suq bit-tim tagħha jipproteġiha mill-ammiraturi li nġabru madwarha.
Wara tmien minuti biss, hija nħarġet mis-suq minħabba biżà li l-folla se tagħmel ħażin lid-Dukessa.
Aktar kmieni dan ix-xahar, kien ikkonfermat mill-Palazz ta’ Kensington f’Londra li Meghan Markle hija tqila bl-ewwel tarbija tagħha.