Bint il-Prim Ministru, iċ-ċkejkna Gioriga Mae, żaret l-Isptar Mater Dei u lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif, fejn f’turija ta’ apprezzament lejn il-ħidma tagħhom fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-Coronavirus f’pajjiżna, qassmet xi galletini li ppreparat flimkien ma’ ommha Lydia aktar kmieni din il-ġimgħa.
Il-filmati juru wħud mill-mumenti ħelwin u ħin ta’ kwalità li qattgħu flimkien Lydia u Giorgia Mae biex fil-kċina preparaw ftit ħelu għal dawk li qed jaħdmu lejl u nhar fis-setturi tas-saħħa u tat-tindif.
Biswit id-daħla tal-Isptar Mater Dei, iċ-ċkejkna Giorgia Mae qalet “grazzi” lill-ħaddiema kollha li qed jiġġieldu l-Coronavirus f’pajjiżna.
Hija stqarret: “Illum ġejt nagħmel cookies għall-ħaddiema li qed jgħinu bil-coronavirus u għamiltom biex ngħidilhom thank you għax-xogħol kollu li qed jagħmlu.”
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/23/ara-mart-u-bint-il-pm-isajru-l-helu-flimkien/