Mara ta’ 45 sena minn Ħal Tarxien tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ fin-12:30am tal-Erbgħa filgħodu fi Triq Bormla, iż-Żejtun.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 50 sena minn Ħal Tarxien, tilef il-kontroll tal-karozza Lamborghini Urus li kien qiegħed isuq b’konsegwenza li ħabat ġo dar. Il-mara kienet passiġġiera fil-karozza.
Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel u l-mara ttieħdu l-Isptar għal aktar kura, fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.