Żagħżugħa ta’ ħamsa u għoxrin sena sofriet ġrieħi ħfief f’inċident f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs tal-Ħadd filgħodu fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ meta ż-żagħżugħa ta’ ħamsa u għoxrin sena li toqgħod Ħaż-Żebbuġ stess, tilfet il-kontroll tal-karozza tat-tip Toyota Vitz.
Fuq il-post flimkien mal-Pulizija inġabru wkoll Membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.