Raġel ta’ sittin sena mill-Imsida tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fid-Dwejra Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart tal-Ħadd waranofsinhar meta xi nies nnutaw lir-raġel f’diffikultà.
Huwa ttella’ l-art u ngħata l-ewwel għajnuna minn Kuntistabbli u persuni li kienu fil-qrib.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex u membri mill-Forzi Armati ta’ Malta, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Simone Grech, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.