Kif imbassar iktar kmieni llum, maltempata kbira għaddejja minn fuq il-Gżejjer Maltin bħalissa. Kawża ta’ dan diversi titjiriet minn Malta ġew postposti, u titjiriet lejn Malta qed jinżlu fost oħrajn fl-Ajruport ta’ Katanja.
Kawża ta’ dan il-maltemp qed jinġema’ t-traffiku f’diversi inħawi ta’ Malta, u bosta toroq jinsabu mgħarrqa. Is- Sewwieqa huma mwissija jsuqu b’attenzjoni minħabba l-ilma li qed jinġema fit-toroq.
B’mod partikolari wieħed għandu jevita l-inħawi tal-Imsida u l-Gżira minħabba l-maltemp.
Fl-istess ħin, bosta titjiriet li kellhom jitilqu minn Malta ġew postposti minħabba nuqqas ta’ sigurtà. Sa issa, 2 titjiriet lejn Malta niżlu Katanja u madwar ħames titjiriet ġew posposti. Din il-proċedura mistennija tkompli sakemm ikun sigur biżżejjed biex it-titjiriet lejn Malta jinżlu pajjiżna kif skedat.
Il-maltemp mistenni jkompli jippersisti fil-jiem li ġejjin.