Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima s-sodisfazzjon li Malta hija fost l-aktar pajjiżi bi tkabbir ekonomiku fiż-żona ewro, kif ukoll li rreġistrat żieda fin-numru ta’ nies fid-dinja tax-xogħol.
Dr Muscat qal dan waqt li kien qed jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.Il-mexxejja tal-Istati Membri qablu kollha bejniethom dwar il-linji gwida li jittrattaw ir-relazzjonijiet futuri tal-Unjoni Ewropea mar-Renju Unit.
B’referenza għal dan, il-Prim Ministru semma kif minkejja li ż-żewġ partijiet qegħdin jinsistu fuq l-interessi tagħhom, jidher li d-diskussjonijiet qed ikunu xprunati mis-sens komun:
F’kummenti lill-media, il-Prim Ministru tkellem dwar żewġ sfidi kbar dwar Brexit. Qal li ftehim finali jrid jiġi approvat minn kull pajjiż ewropew inkluż parlamenti reġjonali. Semma wkoll l-isfida tal-Irlanda ta’ Fuq u l-ħtieġa ta’ soluzzjoni politika mal-prinċipji tal-unjoni Ewropea waqt li tifhem l-esiġenzi tar-renju unit.
B’rabta mal-kwistjonijiet ta’ taxxa, il-Prim Ministru semma kif l-aħjar mod kif it-taxxa għandha tiġi ggvernata hija fuq livell nazzjonali.