Pajjiżna ġie kklassifikat bħala wieħed mill-aħjar destinazzjonijiet 2017 fil-lista ta’ National Geographic best trips 2017.
Malta kklassifikat fl-ewwel post fil-lista ta’ pajjiżi li turist għandu jfittex għall-kultura.
Lisa Abend kitbet li Malta rrittornat f’din il-lista bħala gżira Meditterranja li għanda kultura u li hija attraenti għat-turisti. L-istorja ta’ Malta tħaddan fiha, l-istorja tal-Kavallieri u għandha tliet siti ta’ wirt dinji – inkluża l-Belt Kapitali Valletta. “Togħġobni l-idea li dan il-pajjiż għandu taħlita bejn il-passat, il-futur u l-modern fl-arkitettura tiegħu” stqarret Abend.
Hija għamlet lista ta’ avvenimenti li t-turisti għandhom jfittxu f’pajjiżna fosthom il-Karnival, il-festa tar-raħal kif ukoll l-Isle of Mtv.