Il-President Franċiż Emmanuel Macron kiser ġuvni meta dan sejjaħlu Manu. Kien hawn li l-President waqaf u qallu li dan mhux il-mod kif jindirizzah f’dan il-jum importanti għall-Franza.
Spjegalu li huwa sew li jiċċajta imma gġandu jkollu rispett lejn mumenti speċjali. Fissirlu wkoll, li jekk irid jagħmel rivoluzzjoni, l-ewwel għandu jistudja biex jinforma u jeduka ruħu, imbagħad ikun jista’ jimxi fit-triq tas-suċċess.
Biex il-ġuvni ma jħossx id-dirsa li tah il-President quddiem in-nies, Macron taptaplu fuq idejh biex jurieh li ried biss itieh tagħlima għall-ġid tiegħu.