Hekk kif ninsabu ftit jiem biss ‘il bogħod mill-bidu tat-Tazza tad-Dinja wieħed jista’ jinnota kif ħafna qed jħejju ruħhom għal dan l-avveniment dinji.
Avveniment ta’ kull erba’ snin li jiġbor miljun kbar ta’ nies minn madwar id-dinja sabiex jsegwu spettaklu ta’ futbol li jintlagħab mill-pajjiżi li kkawlifikaw għal din il-kompetizzjoni.
Iżda hekk kif id-dinja tieqaf biex issegwi l-logħob tat-Tazza tad-dinja, id-deputati Maltin jidher li se jkollhom xi ftit tad-diffikultà biex isegwu l-logħob hekk kif uħud minhom jaħbtu fl-istess ħinijiet tas-seduti parlamentari.
One News mar quddiem il-binja tal-parlament u staqsa lil uħud mid-deputati ma’ min se jżommu.
Ara x’qalu:
U bit-Taljani barra mill-kompetizzjoni, staqsejna lill-Prim Ministru Joseph Muscat jekk hux se jsegwi l-logħob.
Iva hux. Naħseb s’issa qed indeċiż bejn l-Eġittu u s-Senegal, imma naħseb mas-Senegal ħa mmur.
Staqsejna wkoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Madankollu ħafna minnhom kellhom jaħsbuha darbtejn u saħansitra qagħdu attenti xi jgħidu hekk kif it-tim favorit tagħhom, it-Taljani baqgħu l-art.
It-Tazza tad-Dinja din is-sena ser tkun qed tintlagħab ġewwa r-Russja biċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ tibda l-Ħamis waranofsinhar.