Ġimgħatejn wara li nqatlet, dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima Maria Lourdes Agius fil-knisja ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid. Hi nstabet mejta fis-sodda tal-appartament li kienet tgħix ma’ ommha fi Triq F Tortell f’Raħal Ġdid. Maria Lourdes Agius l-omm ta’ sebat itfal- mietet fgata wara li mill-awtopjsa rrizulta li kien hemm xi marki f’għonqa u tbenġil fuq dahra.
Il-vittma ta’ 33 sena instabet minn ommha Maria li kienet ħebritha li bintha seta’ ġralha xi ħaġa. B’rabta ma’ dan il-każ qed jinżamm is-sieħeb tagħha Michael Emmanuel ta’ 25 sena mill-Kosta tal-Ivorja li huwa missier ta’ tliet itfal ta’ Agius.