Sena wara li ħa post Adrian Delia f’kampanja mimlija intriċċi, Bernard Grech qal li quddiem l-istħarriġ, wieħed wara l-ieħor li juri li hu naqqas fil-fiduċja, lin-nies jgħidilhom grazzi.
Skont Bernard Grech huwa kompla jżid.
Meta mistoqsi dwar il-ħlas tat-taxxa u l-VAT, Bernard Grech mal-ewwel deher skomdu u spiċċa jgħid li kien fl-2017 li ġie investigat.
Rapporti fuq il-midja indipendenti giddbuh hekk kif fl-2006, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kien diġà bagħat lil Bernard Grech fuq il-ħlas tat-taxxi li kellu jagħti fil-bidu tas-snin disgħin.
Saħansitra fl-istess sena, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mar il-Qorti biex iwissi lil Grech jonora l-ħlasijiet tat-taxxa wara li dan baqa’ ma tax kas għan-notifiki minn tat-Taxxa.
Iżda Bernard Grech, fuq in-nuqqasijiet fiskali tiegħu, spiċċa jattakka lill-ġurnalist.
Fuq kollox, meta mistoqsi minn fejn ġab il-flus biex meta biss ħareġ għall-Kap, ħallas eluf ta’ ewro f’taxxa u VAT dovuta, Bernard Grech wieġeb hekk.