Il-Ħadd waranofsinhar raġel ġie salvat mill-għarqa wara li niżel jgħum f’baħar perikoluż.
Fi stqarrija, ir-Red Cross qalet li lifeguard li kien stazzjonat f’din il-bajja qabeż biex isalva lir-raġel li kien inqabad f’baħar qawwi ġewwa l-bajja tq’ Fond Għadir f’Tas-Sliema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-Red Cross fakkret li l-Lifeguards mhux obbligati jinżlu fil-baħar meta jkunu qed itajjru żewġ bnadar ħomor u appellat għal aktar responsabbiltà fost dawk li jużaw il-bajjiet madwar il-gżejjer Maltin.
Fortunatament ir-raġel ma jidher li sofra l-ebda ġrieħi grazzi għall-intervent f’waqtu li sar.