Fil-Parlament, wara li l-Gvern ippubblika l-istudji tal-esperti Arup fuq il-proposta tal-Metro, id-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis staqsa għaliex il-Gvern għadu ma ppubblikahomx.
Qal, “Xtaqt insaqsik ukoll għaliex dawn l-istudji tal-metro, il-Gvern għadu ma ħassx li għandu jippubblikahom u għandux xi ħsieb li npoġġuhom fuq il-medja tal-kamra?”
Ellis, f’isem l-Oppożizzjoni ħalla lil kulħadd bla kliem għal din id-domanda, sakemm imbagħad qam il-Ministru għat-Trasport Ian Borg u spjega lill-Oppożizzjoni kif l-istudji anki fuq il-mejda tal-Kamra tpoġġew.
Spjega, “Ilbieraħ filgħodu, l-ewwel m’għamilna huwa li ppubblikajna kollox u filfatt ilbieraħ il-kollega tiegħek, l-Onorevoli Bezzina weġibtlu erba’ mistoqsijiet parlamentari u poġġejnihom għall-informazzjoni tal-mejda tal-kamra.”