L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem, l-MEA, innotat b’sodisfazzjon il-fatt li l-Gvern estenda l-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema sa’ Marzu li ġej. Din kienet miżura li xhur ilu tħabbret bħala parti minn pakkett ta’ għajnuna li ried itaffi l-impatt negattiv li ġarrbu n-negozji u l-ħaddiema kawża tal-pandemija Covid-19. F’kummenti ma’ ONE News, id-Direttur Ġenerali tal-MEA Joseph Farrugia qal li kemm l-Assoċjazzjoni, il-Gvern u anke unjins oħra ħadmu biex f’dan iż-żmien jintilfu mill-anqas impjiegi kawża tal-pandemija.
Huwa laqa’ l-fatt li l-gvern se jkomplu b’din l-għajnuna.